Monday, December 23, 2024

L-Ingilterra u l-Iskozja lura għal perjodu ta’ lockdown

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tard it-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar lockdown nazzjonali għall-Ingilterra wara li l-infezzjonijiet żdiedu fil-pajjiż.

Il-lockdown mistenni jdum mill-anqas sa nofs ix-xahar li ġej. Johnson qal li l-iskejjel kollha se jinżammu magħluqin u li t-tagħlim kollu jeħtieġ li jsir online. Johnson appella biex kulħadd jobdi r-restrizzjonijiet imħabbra ħalli titrażżan l-imxija.

Fil-jum tat-Tnejn fir-Renju Unit ġew irrappurtati kważi 60,000 każ ġdid u mietu aktar minn 400 persuna kaġun tal-virus tal-Covid-19.

Aktar qabel fl-Iskozja wkoll ġie ordnat lin-nies biex ma joħorġux minn djarhom ħlief f’każijiet ta’ emerġenza. Dan tal-Iskozja se jkun qed jiġi rivedut lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Ekonomija

Sport