Saturday, December 21, 2024

L-inkjesta u l-Partit Nazzjonalista

Jikteb MARIO FAVA

Aqra wkoll

12 t’ April 2000. Ġurnata li ghal ħafna ma tfisser xejn. Imma hija ġurnata li ghal familja partikolari u qraba u ħbieb tagħha, 1ertamentli tnissel nieket.

Il-ġuranta msemmija hija meta fi triq il-Katidral, gewwa ta’ Sliema, kien qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni fuq sit partikolari. Dak inhar, jekk niftakar sew, xi hin kmeini wara nofs inhar, il-hemda nkissret b’ hoss tremend li sfortunatament halla tragedja.

Residenza biswit is-sit li fih kien qed isir ix-xogħol, kaġun tax-xogħol li kien għaddej, iġġarfet komkpletament.

Niftakar l-incident ċar kristal għaliex sfortunatament, qraba tal-persuna tas-sid tad-dar li ġġarfet konna ħbieb ta’ xulxin għaliex konna nattendu l-Oratorju tas-Salesjani ġewwa tas-Sliema. Niftakar uħud minnhom jirrakontaw kif kien ilhom ġranet sħaħ jilmentaw mall-periti li kienu qed jieħdu ħsieb il-proġett, illi kienu qed jitfaċċaw konsenturi u qsimieħor fil-propjeta’ ta’ ommhom. Kien jintqal lilhom li m’ hemm xejn aliex jinkwetaw. Dan minkejja li sa ftit jiem qabel l-inċident, dawn il-konsenturi kienu bdew jiżdiedu.

Qed nitkellem dwar dan il-każ, b’ rispett sħiħ lejn il-vittma u l-familjari tagħha imma wkoll għaliex l-istorja kienet fid-dominju pubbliku anki snin wara li seħħ l-inċident.

Waħda minn ulied il-vittma, dak inhar stess tal-inċident, aktar kmieni filgħodu, kienet marret iżżur lil ommha u niftakarha tgħid li l-binja bdiet titried u kellha tmur twaqqaf il-ħaddiema u talbet li jiġi fuq il-post il-perit li kien qed jieħu ħsieb. Kien hemmqbil li dawn jiltaqgħu fuq il-post xi hin wara nofsinhar dak inhar stess.

Ftit qabel il-hin li fih kellhom jiltaqgħu, waħda mill-ulied ċemplet ‘l ommha biex tgħidilha li se tkun ftit tard imma ħadd ma rrispopnda u l-linji dehru li kienu maqtugħa. Indumaw x’ ġara meta wieħed mill-ġirien cemplulhom u tahom l-aħbar li qatt ma stennew li d-dar t’ ommhom kienet iġġarfet. Dak il-hin fid-dar kien hemm tlett persuni, il-vittma, wieħed mit-tfal u huha. Dawn tal-aħħar irnexxilhom isalvaw minn dan kollu filwaqt li l-omm, sfortunatament, ma rnexxilhiex toħroġ mid-dar fil-hin.

Il-familjari, apparti li riedu jagħddu mill-akbar trauma ta’ ħajjthom, kellhom jiffaċċjaw battalja legali twila fil- qrati biex foris jieħdu xi kumpens mill-Gvern jew kuntratturi li kienu qed jagħmlu x-xogħolijiet ta’ kostruzzjoni.

Kien gie konfermat li l-Qorti kriminali kienet wehlet multa ta’ €4,000 kull wieħed liż-żewġ kuntratturi li kienu qed jaħdmu fuq is-sit. Filwaqt li f’ kawża separata ċivili, il-familjari rebħu s-somma ta’ €40,000. Qed ngħid dan kollu wara li smajt u segwejt bir-reqqa id-dibattitu fil-Parlament dwar l-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia. Bla ma nidħol fil-kriterju jekk l-inkejsta kellhiex issir qabel jew le, meta tisma’ lil membri tal- oppozizzjoni jitkellemu, taħseb li jew incidenti simili qatt ma seħħew jew inkella kieku kienu huma fil- Gvern, kienu jirriformaw is-settur mill-llum għal għada. L-inċident li semmejt seħħ fl-2000, fejn Prim Ministru kien hemm Eddie Fenech Adami (1998-2004) u warajh ghamel disa’ snin oħra Lawrence Gonzi (2004 – 2013). Fi tlettax-il sena ma saret l-ebda riforma fil-qasam.

Dan ma jiġġustifika l-ebda trasakuraġni jew inċidenti li wasslu ghal imwiet ta’ nies fil-qasam tal- kostruzzjoni wara din id-data, imma li titkellem b’ mod kif tkellmet l-oppozizzjoni, imbgħad meta kellha ċans tibdel m’għamlet xejn, tikxef il-maskra tal-istess kelliema, li uħud minnhom kienu parti wkoll mill-kabinett ta’ Gonzi.

Dan b’ kuntrast għar-riforma li qed iwettaq dan il-Gvern apparti dan, diġa iddikkjara li se jkun qed idaħħal fis-seħħ il-proposti li ħargu minn din l-inkejesta.

Faċli titkellem għal gallarija mhux daqstant biex twettaq. Mill-jliem għal fatti hemm baħar jikkumbatti.

Ekonomija

Sport