Friday, December 27, 2024

L-INNOVAZZJONI HIJA GĦODDA GĦAL MALTA TAL-LUM U TA’ GĦADA

Aqra wkoll

Is-settur tar-riċerka għandu valur kbir u hu fost il-pilastri ewlenin li fuqu trid tinbena l-ekonomija Maltija. Is-setturi tar-riċerka u l-innovazzjoni jagħtu lil pajjiżna l-opportunità tar-rinovament biex pajjiżna jibqa’ joħloq ak- tar ġid għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Għandu wkoll is-saħħa li jtejjeb ir-reputazz- joni ta’ pajjiżna u li jattira l-investiment lejn il-pajjiż. Mhux biss imma l-ewwel ma jattira jkun it-talent li mbagħad jattira l-investiment u għalhekk il-Gvern dejjem kien favur it-tkattir tal-kultura u l-kuxjenza favur ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Dan huwa settur importanti ħafna wkoll għall-SMEs li għadhom il-fibra tal-ekonomija Maltija. Tassew, in-negozji żgħar u medji wrew reżiljenza u innovazzjoni liema bħala fiż-żmien diffiċli tal-pandemija. Bosta raw li jkunu innovattivi tant li minnufih raw li jwaqqfu pjattaformi diġitali tagħhom u oħrajn welldu n-negozju tagħhom online, pass kuraġġuż li wassalhom għas-suċċessi tal-lum.

Il-Gvern jemmen f’dan is-settur bil-fatti billi fis-snin li ġejjin qed jinvesti €470 miljun li bihom qed jara li ż-żoni industrijali ta’ pajjiżna mhux biss jingħataw wiċċ ġdid, iżda li l-ispazju jiġi mqassam bl-aħjar mod sabiex jospita ġo fih iżjed investimenti ġodda.

Il-Gvern jemmen f’dan is-settur billi Malta fis-snin li ġejjin se tkompli tħares lejn industriji tat-teknoloġija emerġenti fid-dinja diġitali. Fosthom insibu setturi bħall-ICT, Cloud Com- puting, Machine Learning, Data Analytics, In- ternet of Things, Blockchain Esports, Gaming u VideoGames Development.

Però l-innovazzjoni mhijiex boss relegate mas-settur tat-teknoloġija. Kif imtenni fil-viż- joni ekonomika tal-Gvern għall-għaxar snin li ġejjin, l-innovazzjoni hija għodda neċessarja f’kull settur. Għodda li biha pajjiżna jagħmel differenza fis-settur ekonomiku, fis-settur ambjentali, fis-settur turistiku f’kull niċċa oħra li permezz tagħha Malta tista’ tagħmel id-dif- ferenza fuq livell lokali u wisq aktar internaz- zjonali. Hija għodda li permezz tagħha Malta tista’ verament tkun ċentru ta’ eċċellenza.

Però biex dan verament jintlaħaq, pajjiżna jrid isawwar kultura fejn kull ġenerazzjoni tifhem il-prinċipju tal-innovazzjoni u l-importanza tagħha. Biex dan verament jintlaħaq is-set- tur privat irid jaħdem id f’id mal-Gvern biex il-ħaddiem jifhem l-importanza tal-innovazz- joni u kif jista’ jikkontribwixxi biex pajjiżna jimxi ’l quddiem. Biex dan jintlaħaq irridu naraw li l-istrateġiji u l-viżjonijiet ma jkunux biss kliem fieragħ imma tassew iwasslu għal pajjiż li jas- pira li jkun kompetittiv, innovattiv u differenti.

Ekonomija

Sport