Wednesday, March 27, 2024

Mil-lejla parti mill-karreġġjata ta’ Triq il-Buqana, mill-Mosta lejn ir-Rabat ser tkun magħluqa

Aqra wkoll

Infrastructure Malta tkompli għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Mil-lum se jkun qed isir xi xogħol matul il-lejl u għandu jibqa’ għaddej sa nhar it-Tlieta 27 ta’ Settembru.

Mil-lum sat-Tlieta billejl, il-ħinijiet tax-xogħol se jsiru kull lejl mis-7:00 p.m. sal-5:30 a.m. tal-għada filgħodu.

Biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir, parti mill-karreġġjata direzzjoni nofsinhar ta’ Triq il-Buqana, mill-Mosta lejn ir-Rabat, ser tkun magħluqa għal xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art minn entità oħra.

Għaldaqstant, dawk l-individwi li kien beħsiebhom jagħmlu użu minn din it-triq huma mħeġġa biex jużaw r-rotta alternattiva minn Triq San Pawl Tal-Qliegħa, Mosta.

Ekonomija

Sport