Friday, April 19, 2024

Żewġ persuni jweġġgħu gravi f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara li kienu involuti f’inċidenti separati tat-
traffiku lbieraħ filgħaxija.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-06:00 p.m. fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Eġizzjan ta’ 46 sena ntlaqat minn Toyota Auris li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Intant it-tieni inċident seħħ għall-ħabta tas-07:15 p.m., fi Triq Tumas Chetcuti,
Ħ’Attard. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Taljan ta’ 21 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Niu N1S, u waqa’.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu liż-żewġ persuni sakemm setgħtu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta maż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin.

Sport