Wednesday, April 24, 2024

Manchester United u Juventus huma l-aktar clubs li nefqu flus fis-swieq tat-trasferimenti

Aqra wkoll

Fi stħarriġ li sar dan l-aħħar, Manchester United u Juventus huma l-aktar clubs li nefqu flus fis-suq tat-trasferimenti mill-2012

Il-mudell statistiku tas-CIES Football Observatory ikkalkula l-valur tal-players qabel it-trasferimenti tagħhom u qabbluhom mat-tariffi mħallsa.

Matul l-aħħar 10 snin, Manchester United ħallsu l-aktar, b’nefqa ta’ €238 miljun aktar mill-valur stmat tat-33 trasferiment li għamlu matul dan il-perjodu.

Juventus jidħlu fit-tieni post, meta nefqu €233 miljun aktar mill-valur tal-players, segwiti minn Paris Saint-Germain b’€162 miljun.

L-istudju kkonferma li l-clubs tal-Premier League fuq kollox qed imexxu l-inflazzjoni, għaliex tlieta biss minn dawk il-clubs investew inqas milli mistenni.

Madankollu fl-aqwa ħames kampjonati tal-Ewropa, l-aktar clubs li nefqu bil-għaqal huma Sevilla €44 miljun, Barcelona €47 miljun u Atletico Madrid €82 miljun.

Sport