Friday, December 20, 2024

L-INNOVAZZJONI L-GĦODDA GĦAL MALTA TAL-LUM U TA’ GĦADA

Aqra wkoll

Is-settur tar-riċerka għandu valur kbir u hu fost il-pilastri ewlenin li fuqu trid tinbena l-ekonomija Maltija. Is-setturi tar-riċerka u l-innovazzjoni jagħtu lill-pajjiżna l-opportunità tar-rinnovament biex pajjiżna jibqa’ joħloq aktar ġid għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin. 

Għandu wkoll is-saħħa li jtejjeb ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna u li jattiraw l-investiment lejn il-pajjiż. Mhux biss imma l-ewwel ma jattiraw ikun it-talent li mbagħad jattira l-investiment u għalhekk Gvern Laburista dejjem kien favur it-tkattir tal-kultura u l-kuxjenza favur ir-riċerka u l-innovazzjoni. 

Dan huwa settur importanti hafna wkoll ghal SME’s li għadhom l-fibra tal-ekonomija Maltija. Tassew, in-negozji żgħar u medji wrew resiljenza u innovazzjoni liema bħalha fi żmien diffiċli tal-pandemija.

Bosta raw li jkunu innovattivi tant li minnufih raw li jwaqqfu pjattaformi diġitali tagħhom u oħrajn welldu n-negozju tagħhom online, pass kuraġġuż li wassalhom għas-suċċessi tal-lum.  

Dan huwa settur li Gvern Laburista jemmen fih bil fatti tant li huwa tema primarja fil-viżjoni Ekonomika tal-Gvern għall-10 snin li ġejjin, huwa prijorità fil-100 IDEA tal Partit Laburista u huwa settur li l-gvern qed jenfasizza ħafna fuqu fil-budget għal din is-sena. 

Il-Gvern jemmen f’dan is-settur billi Malta fis-snin li ġejjin se tkompli tħares lejn industriji tat-teknoloġija emerġenti fid-dinja diġitali. Fosthom insibu setturi bħal ICT, Cloud Computing, Machine Learning, Data Analytics, Internet of Things, Blockchain Esports, Gaming u VideoGames Development.

Din hija l-viżjoni tal-Gvern Laburista għal Malta f’settur tant importanti ghal-ekonomija lokali. Dan huwa dak li Gvern Laburista bil-fatti qed iwitti u jimplimenta ghal Malta tal-llum u ta’ ghada. 

Ekonomija

Sport