Saturday, May 18, 2024

UNL: Spanja u l-Portugall jispiċċaw fi draw ta’ 1-1

Aqra wkoll

Mill-bieraħ bdiet tintlagħab il-UEFA Nations League fejn l-aqwa partita kienet dik bejn Spanja u l-Portugall li spiċċat fi draw ta’ 1-1. 

Grupp A: Fl-aktar partita attraenti, Spanja ospitaw lil Portugall u temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Alvaro Morata li fetaħ l-iskor għall-Ispanjoli (25) iżda Ricardo Hota (82) kiseb id-draw għall-Portu­giżi.

Ir-Repubblika Ċeka laq­għu lill-Isvizzera u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1 permezz ta’ doppjetta ta’ Jan Kuchta (11, 58) filwaqt li Noah Okafor (44) wieġeb għall-Isvizzeri. 

Fl-ewwel partita ta’ din l-edizzjoni li ntlagħ­bet nhar l-Erbgħa li għadda, il-Polonja għelbu lil Wales bl-iskor ta’ 2-1. Kien Jonathan Williams (52) li fetaħ l-iskor għal Wales biex skorja l-ewwel goal ta’ din il-kompetizzjoni. 

Iżda żewġ goals minn Jakub Kaminski (72) u Karol Swiderski (85) dawru r-riżultat favur il-Pollakki. 

Grupp B: L-Islanda u l-Iżrael temmew fi draw ta’ 2-2. Thorir Helgason (42) u Arnor Sigurdsson (53) skorjaw għall-Islandiżi filwaqt li Liel Abada (25) u Shon Weissman (84) irreċiprokaw għal Iżrael. 

Barra minn darhom, in- Norveġja rebħu lis-Serbja b’goal uniku tas-solitu Erling Haland (26). 

Anke l-Isvezja rreġistraw rebħa tajba għand Slovenja meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers ikunu Emil Forsberg (39 pen) u Dejan Kulusevski (88). 

Grupp C: Il-Bulgarija ospitaw lill-Maċedonja u spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Kien Kiril Despodov (13) li fetaħ l-iskor għall-Bulgari iżda Milan Ristovski (50) kiseb id-draw għall-viżitaturi. 

Barra minn darhom Kosovo kisbu rebħa tajba meta għelbu lil Ċipru bl-iskor ta’ 2-0. Iż-żewġ goals waslu fit-tieni taqsima minn Valon Berisha (65) u Edon Zhegrova (78).

Georgia ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Ġibiltá bl-iskor ta’ 4-0, bl-iskorers ikunu Khvicha Kvaratskhelia (12), Guram Kashia (33), Georges Mikautadze (87) u Valeri Qazaishvili (88). 

Grupp D: Fil-Grupp tal- Maltin, l-Estonja kellhom bidu mill-aqwa meta ospitaw lil San Marino u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu fl-ewwel taqsima minn Robert Kirss (24) u Joonas Tamm (32).

F’partita bilanċjata, il-Greċ­ja marru l-Irlanda ta’ Fuq u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Anastasios Bakasetas (39). 

Sport