Friday, December 27, 2024

L-intelliġenza artifiċjali ‘nħatret’ kap ta’ skola fir-Renju Unit

Aqra wkoll

L-intelliġenza artifiċjali (AI) ħadd għadu ma jaf safejn se tasal u x’inhuma l-limiti tagħha. Għalkemm huwa magħruf li l-iżvilupp li qed iseħħ fl-intelliġenza artifiċjali jista tkun utli u għajnuna għall-bniedem speċjalment fil-kura tas-saħħa, b’danakollu bdew ifeġġu u jinkixfu riskji serji li din it-teknoloġija jista’ jkollha fuq l-eżistenza tal-umanita. Saħansitra l-istess inventuri u riċerkaturi tal-AI qed jagħmlu dawn it-twissijiet u jitolbu waqfien temporanju tal-iżvulupp f’din it-teknoloġija.

F’ċerti setturi, fosthom dak tax-xogħol, l-intelliġenza artifiċjali diġa bdiet tiddomiina u waslet anki biex tieħu post dirgħajn u moħħ il-bniedem. Fl-Ingilterra, per eżempju, skola preparatorja għat-tfal tal-għonja għadha kif ‘ħatret’ chatbot bħala l-kap prinċipali tagħha, li jaqsam ix-xogħol mas-surmast uman tagħha.

L-Iskola Cottesmore, fil-West Sussex, issa hija parzjalment issorveljata minn Abigail Bailey, robot tal-intelliġenza artifiċjali li ġiet maħluqa għal dan  ir-rwol.

Waqt li tkellem mal-ġurnal Telegraph, is-surmast Tom Rogerson qal li ċ-chatbot se jappoġġja u jgħin kemm lilu kif ukoll għalliema oħra f’firxa ta’ xenarji, mill-kitba tal-policies tal-iskola għal għajnuna lil studenti diversi.

L-iskola, li hija boarding imħallat ma’ studenti ta’ kuljum ta’ bejn l-4 u t-13-il sena, titħallas miżata sa £32,000 fis-sena mill-istudenti tar-Renju Unit li jattendu fiha.

L-AI taħdem b’mod simili għal ChatGPT, mudell lingwistiku kbir imħarreġ fuq meded vasti ta’ dejta li jistgħu jipprovdu tweġibiet għal mistoqsijiet mill-bniedem. Fil-każ ta’ din l-iskola, dan iċ-Chatbot inħoloq bl-għajnuna ta’ żviluppatur tal-IA, u ġie żviluppat sabiex joffri minjiera ta’ għarfien fit-tagħlim tal-magni u l-ġestjoni tal-edukazzjoni.

Chatbots tal-intelliġenza artifiċjali splodew fil-popolarità minn meta ChatGPT ġie rilaxxat għall-pubbliku f’Novembru tas-sena l-oħra u kienu inkorporati malajr fis-search engines ta’ Bing ta ‘Microsoft u segwiti mill-verżjoni Bard ta’ Google.

Filwaqt li ċ-Charbots jirrivoluzzjonaw ħafna oqsma tax-xogħol u tal-ħajja, il-mudelli mhumiex infallibbli u spiss iġġeneraw informazzjoni falza.

Kien hemm ukoll tħassib dwar l-effetti tal-IA fuq is-soċjetà, mhux biss f’termini ta’ telf ta’ impjiegi, iżda r-riskju li t-teknoloġija tkompli żżid l-inugwaljanza.

Ekonomija

Sport