Wednesday, December 25, 2024

L-Iran jakkuża lill-Istati Uniti li qed tuża d-dimostrazzjonijiet biex tiddistabbilizza l-pajjiż

Aqra wkoll

Hekk kif l-Iran kompla jiffaċċja iktar kritika lokali u internazzjonali dwar il-mewt ta’ mara li kienet fil-kustodja tal-pulizija, Tehran akkuża lill-Istati Uniti li qiegħda tuża r-rabja tal-poplu biex tiddistabbilizza lill-pajjiż.

L-Iran qiegħed jieħu az­z­jonijiet b’saħħithom fil-konfront ta’ dawk li qed jipparteċipaw fl-ikbar dimostrazzjonijiet mill-2019 ’il hawn, liema dimostrazzjonijiet żvolġew wara l-mewt ta’ Mahsa Amini – mara Kurda ta’ 22 sena li kienet ġiet arrestata minħabba li ma kinitx liebsa l-ħiġab. Dan il-każ qajjem kritika kemm lokali u anke internazzjonali. 

Minkejja l-azzjonijiet b’sa­ħħithom min-naħa tal-aw­toritajiet Iranjani, dan xorta ma waqqafx lill-poplu milli jsejjaħ għat-tneħħija tal-Kap Suprem Ayatollah Ali Khamenei u l-bqija tal-mexxejja reliġjużi.  Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau qal li se jkunu qed jiġi imposti sanzjonijiet fuq dawk responsabbli għall-mewt ta’ Amini, fosthom dawk magħrufa bħala l-pulizija tal-moralità li wettqu l-arrest tagħha. 

Fid-dawl tar-rabja internazzjonali lejn dan il-każ, l-Iran qiegħed jakkuża lill-Istati Uniti li qiegħda tappoġġja lid-dimostranti bil-għan li toħloq instabbiltà fir-Repubblika Iżlamika. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan  saħaq dan u tenna li l-isforzi Amerikani se jfallu. 

Ekonomija

Sport