L-iskola Mariam Albatool ikkonfermat f’nota lill-ġenituri li l-klassijiet tal-Kindergarten u tal-Ewwel Sena se jibqgħu magħluqin matul din il-ġimgħa.
L-iskola, li twaqqfet mill-komunità Musulmana fl-1997 fil-bini taċ-Ċentru Iżlamiku, ħadet din id-deċiżjoni wara li edukatur irriulta pożittiv għall-Covid-19.
Fl-istess waqt l-iskola qalet li l-bqija tal-klassijiet, mit-Tieni Sena sas-sitt Sena se jkunu miftuħin għall-istudenti.