Friday, May 9, 2025

L-iskola Teresa Nuzzo torganizza pellegrinaġġ fl-okkażjoni tas-Sena tal-Ġublew bit-Tema ‘Pellegrini ta’ Tama’

Aqra wkoll

L-iskola Teresa Nuzzo tal-kinder u l-Primarja organizzat pellegrinaġġ hekk kif qegħdin fis-Sena tal-Ġublew bit-tema ‘Pellegrini ta’ Tama’, li l-mibki Papa Franġisku nieda fl-24 ta’ Diċembru 2024. Dan il-pellegrinaġġ u l-quddiesa li saret fil-Katedral tal-Imdina proprju minħabba l-fatt li dan il-katidral ġie magħżul mill-Arċisqof Charles J. Scicluna bħala post qaddis bl-Indulġenza Plenarja, dejjem jekk dak li jkun jidħol b’sens ta’ talb u qima f’dan il-katidral. 

Bħala skola tal-Knisja, tajna prijorita lil din l-attivitá spiritwali, fejn it-tfal, l-għalliema, il-ħaddiema kollha tal-iskola Teresa Nuzzo, flimkien ma’ ħafna ġenituri u qraba tat-tfal inġabru fil-pjazza tal-Imdina fejn kellna mumenti ta’ talb u kant. Qabel il-quddiesa, l-Isqof Emeritu George Frendo OP ta spjegazzjoni qasira dwar xi jfisser Ġublew u l-bieb Imqaddes li minnu lkoll għaddejna biex nieħdu sehem fil-quddiesa li kienet il-qofol ta’ din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa.

Tkanta diversi drabi l-Innu tal-Ġublew u ntqalet ukoll it-Talba tal-Ġublew li tana Papa Franġisku.

L-emfażi ta’ din l-attivitá kienet li aħna lkoll għandna nkunu:

Pellegrini tat-Tama Nisranija, nitħeġġu fil-Fidi, fit-Tama u l-Imħabba, nifhmu l-Ġublew u l-Indulġenza Plenarja, il-Qawwa li fiħ il-Pellegrinaġġ, is-Sbuħija tar-Rikonċiljazzjoni u l-Ewkaristija, Kristu bħala l-Bieb veru tagħna mimli Ħniena u Mħabba u fuq kollox, biex inkunu aħna wkoll Xhieda ta-Tama Nisranija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport