Friday, July 26, 2024

L-Iskozja mistennija tgħolli l-prezz minimu tal-alkoħol bi 30% 

Aqra wkoll

Il-prezz minimu tax-xorb alkoħoliku fl-Iskozju huwa mistenni li jogħla bi 30% f’miżuri li qed jittieħdu sabiex jonqsu l-imwiet u d-dħul fl-isptar marbuta mal-alkoħol. Il-Ministri f’Edinburgh mistennija jikkonfermaw li l-prezz minimu tal-alkoħol se jiżdied minn 50p għal 65p mill-bidu ta’ Mejju.

Is-sena li għaddiet, is-Saħħa Pubblika tal-Iskozja qalet li l-prezz minimu kien “assoċjat” ma’ tnaqqis ta’ 13.5% fl-imwiet attribwibbli għalkollox mal-alkoħol, meta mqabbel mar-rata ta’ mewt mistennija kieku l-ipprezzar minimu ma kienx fis-seħħ. 

Minkejja dan, l-Iskozja esperjenzat żieda ta’ 25% fl-imwiet relatati mal-alkoħol matul dawn l-aħħar tliet snin, filwaqt li n-numru ta’ nies li jużaw is-servizzi ta’ trattament tal-alkoħol naqas b’40% matul l-aħħar 10 snin.

Ir-rata ta’ 65p se tkun qiegħda tintlaqa’ b’mod wiesgħa minn dawk li jikkampanjaw favur is-saħħa, li kienu ilhom jagħmlu pressjoni biex jiżdied il-prezz minimu, parzjalment biex iżżomm mal-inflazzjoni u sabiex tiżgura li tkompli trażżan il-bejgħ irħis tal-alkoħol. 

Il-prezz minimu ta’ flixkun whiskey fl-Iskozja se jitla’ minn £14 għal £18.20, filwaqt li flixkun vodka se jitla’ għal £16.90 u pakkett b’erba’ fliexken tal-birra se jiġi jiswa £4.58.

Willie Rennie, l-eks mexxej tal-Liberali Demokratiċi Skoċċiż u issa l-kelliem tagħhom għall-ekonomija, li ilu jenfasizza fuq din il-miżura, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-ministri semgħu mid-diversi appelli li saru. 

“Aktar minn 20 persuna fil-ġimgħa fl-Iskozja jmutu minħabba l-użu ħażin tal-alkoħol, għalhekk jeħtieġ li nieħdu passi biex inwaqqfu l-alkoħol li qed jeqred il-ħajjiet u l-komunitajiet,” huwa qal.

Ekonomija

Sport