Wednesday, July 24, 2024

Injury gravi għal Lisandro Martinez

Aqra wkoll

Problema għall-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Hag li sar jaf li d-difensur Lisandro Martinez weġġa’ fil-logħba li r-Red Devils lagħbu lbieraħ kontra West Ham United u li rebħu 3-0. 

Martinez mar mal-ewwel għat-testijiet mediċi bil-kowċ Ten Hag li f’intervista li ta wara l-logħba qal li l-injury ma tantx tidher waħda sabiħa. 

Ten Hag qal li Martinez hu fundamentali fid-difiża tiegħu u jittama li joħorġu r-riżultati mediċi u jkollu aħbar tajba.

Lisandro Martinez tilef 22 logħba staġjonali u daħal fl-14 ta’ Jannar li għadda wara numru ta’ xhur imweġġa’.

Ekonomija

Sport