Wednesday, July 24, 2024

Roma f’luttu wara l-mewt ta’ Giacomo Losi

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-eks-difensur ta’ Roma Giacomo Losi fl-eta’ ta’ 88 sena. Losi kien meqjus bħala bandiera mal-Giallorossi hekk kif lagħab bejn l-1955 u l-1969 fejn b’kollox deher 386 darba filwaqt li skorja żewġ gowls. Hu lagħab ukoll għall-parenteżi qasira ta’ 11-il partita mat-tim nazzjonali Taljan bejn l-1960 u l-1962.

Diversi partitarji ta’ Roma marru fuq il-mezzi soċjali sabiex fakkru l-memorja ta’ Losi li bħal Francesco Totti u ħafna oħrajn taw qalbhom għall-flokk isfar u aħmar tal-klabb.

Illejla qabel il-logħba mis-serie A bejn Roma u Cagliari se tiġi osservata minuta silenzju.

Ekonomija

Sport