Monday, December 23, 2024

L-Ispeaker iddispjaċjut għal dak li ġara nhar il-Ħamis

Aqra wkoll

“Is-Sedja tiddikjara mill-ewwel li jiddispjaċiha ħafna dwar il-mod kif żvolġew il-proċeduri fi-Kamra. Jiddispjaċiha dwar l-attitudni u rimarki li għaddew il-membri kemm fil-konfront ta’ xulxin kif ukoll fil-konfront tas-Sedja, on mic jew off mic.”

Iddikjara dan l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia meta fil-Parlament għadda xi rimarki dwar dak li nqala’ fis-seduta tal-Ħamis li għadda, li kienet iddominata minn interruzzjonijiet u anke għajjat, b’mod partikolari mill-membri tal-Oppożizzjoni. Fil-fatt is-seduta kellha tiġi sospiża għal xi ħin.

Fir-rimarki tiegħu, l-Ispeaker qal li għandu jkun hemm dejjem osservanza tal-Ordni Permanenti 60 u l-Artiklu 11 bil-mod kif jesprimu ruħhom fil-Kamra fil-konfront ta’ xi membri tagħhom u dan inkluż lis-Sedja.

“L-osservanza tal-ordnijiet mhux biss xierqa għax hekk titlob il-liġi iżda għaliex in-nuqqas ta’ rispett f’dan ir-rigward ma jagħmel l-ebda ġieħ la lil membru involut f’dan il-batibekk u lanqas lill-kamra.”

L-Ispeaker kien qed jagħti ruling dwar talba magħmula mid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, fejn iddeċieda li kif ġie dikjarat fl-istess seduta b’dak li qal il-Prim Ministru t-tieni darba: “il-kollega naqas milli jgħid il-verità dwar dak li qalet il-Qorti fis-sentenza tagħha għal darba, tnejn, tlieta”, hu kien ikkjarafika dak li qal oriġinarjament u għaldaqstant iqis il-każ bħala wieħed magħluq.

Ekonomija

Sport