Monday, April 22, 2024

Il-korp tal-Pulizija jfakkar lil Mark Farrugia li nqatel 24 sena ilu

Aqra wkoll

Illum il-Korp tal-Pulizija fakkru lil Mark Farrugia PC525 li kien inqatel 24 sena ilu.
Farrugia kien inqatel quddiem il-bieb tal-ġenituri tiegħu hekk kif kien qiegħed jirritorna mix-xogħol ta’ billejl eżatt bħal lum 20 ta’ Marzu tal-1999.

Il-Kummissarju tal-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali oħrajn aktar kmieni llum marru fil-Ġnien Mark Farrugia li jinsab Ħal Tarxiex u flimkien mal-ġenituri tiegħu sellmu l-memorja ta’ dan il-pulizija.

Sport