Monday, May 6, 2024

Imut Paul Grant l-attur fi Star Wars u Harry Potter

Aqra wkoll

Il-familja ta’ Paul Grant – l-attur li deher fi Star Wars u Harry Potter miet ilbieraħ il-Ħadd fl-età ta’ 56 sena. Hu kien missier ta’ tlett itfal.

Il-familja qalet li fl-aħħar ġranet Grant kien qiegħed iżomm ħaj permezz tal-maġni, iżda t-tobba x’ħin raw li ma kien baqa’ l-ebda tama ddeċidew li tiftuhom.

Għal snin twal hu kellu problemi ta’ droga u alkoħol xi ħaġa li kien ammetta hu stess. Kien ilu snin jiġġiled kontra dawn il-vizzji, iżda minħabba fihom saħħtu marret lura.

Kien nhar il-Ħamis li Grant waqa’ mal-art waqt li kien qiegħed quddiem l-Għassa tal-Pulizija ta’ Kings’ Cross. Hu ttieħed l-isptar b’emerġenza, iżda kien iddikjarat mejjet ftit jiem wara.

It-tfal tiegħu qalu li jinsabu bla kliem hekk kif missierhom miet f’daqqa minkejja l-problemi kollha li kellu.

Sport