Friday, December 27, 2024

L-Ispeaker jissospendi s-seduta Parlamentari wara battibekk bejn il-Prim Ministru u Dr Delia

Aqra wkoll

Waqt li l-Prim Ministru kien qed jindirzza l-Parlament dwar il-konċezzjoni tal-Isptarijiet, qam battibekk tant li l-Ispeaker kellu jissospendi l-kamra.

Il-Prim Ministru qal li wara 20 jum jistenna l-perjodu tal-appell mingħajr ma jirreaġixxi biex ħadd ma jkun jista’ jagħmel avvanz minn dak li jgħid. Madanakollu issa li għalaq il-perjodu tal-appell, il-Prim Ministru qal li l-eks Kap tal-Oppożizzjoni kien “gideb” meta qal li fis-sentenza l-Qorti qalet li l-gvern kien frawdalenti.

Dwar il-fatt li s-Sinjura Daphne Caruana Galizia kellha raġun, il-Prim Ministru qal li fl-24 ta’ Awwissu tal-2017, hija kienet qalet li Adrian Delia hu giddieb mal-Qorti, li giddieb ma’ niesek, giddieb mal-midja u giddieb mal-poplu, “u llum sitt snin wara qed terġa’ tkun giddieb mal-Qorti…”, tenna l-Prim Ministru.

U kien hawn li nqala kaos fil-Kamra fejn Adrian Delia qal li l-Prim Ministru jrid jissostanzja fejn hu kien giddieb mal-qorti.

Minn hawn ‘il quddiem fil-Parlament qam diżgwid kbir bil-membri tal-Oppożizzjoni ma jħallux lil Prim Ministru jkompli bid-diskors tiegħu tant li l-Ispeaker Anglu Farrugia ssospenda l-Kamra.

Malli kompliet is-seduta l-Prim Ministru kompla biex jissostanzja dak li kien qiegħed jgħid u qal li f’dawn l-aħħar Dr Delia kien qiegħed jipprova jieħu vantaġġ partiġġjan mis-sentenza u li dak li kien qiegħed jgħid saħansitra kien għal kollox bil-kontra tal-verità.

Il-Prim Ministru saħaq li b’responsabbiltà se jkun qiegħed jitkellem bil-fatti dwar l-għanijiet li jemmen fihom il-gvern immexxi minnu.

Ekonomija

Sport