L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) b’reazzjoni għal restrizzjonijiet ġodda mmirati lejn is-settur tal-ospitalità mħabbra llum qalet li “l-istaġun tal-festi kien l-unika ċans li kellna biex nirkupraw ftit mit-telf li kelna aktar kmieni din is-sena, imma issa qegħdin f’sitwazzjoni ta’ inċertezza kbira”.
Fi stqarrija, il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li l-membri tal-MHRA jifhmu l-importanza li jaderixxu mal-pariri tas-saħħa pubblika iżda huma mħassba dwar l-impatt li jkollhom l-aħħar miżuuri miżuri fuq l-industrija.
L-MHRA appellat lill-Gvern biex jintervjeni b’pakkett ta’ għajnuna għas-settur tal-ospitalità li jirrifletti s-sitwazzjoni straordinarja attwali. Żiedet tgħid li bħala pajjiż għandna bżonn impenn aħjar dwar x’se jkun il-pjan ‘l quddiem il-pjan biex ngħixu b’dan il-virus.
L-MHRA qalet li tagħraf li m’hemmx soluzzjonijiet faċli iżda tinsab bħal dejjem, lesta li timpenja ruħha flimkien mal-Gvern fuq pjan għas-sopravivenza ekonomika tal-eluf ta’ persuni li għandhom x’jaqsmu mal-industrija tal-ospitalità.