Monday, December 23, 2024

“L-Istati Uniti qatt mhi se tippermetti li l-Iran ikollu arma nukleari”

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden stqarr mal-Prim Ministru ta’ Iżrael Yair Lapid li l-Istati Uniti qatt mhi se tippermetti li l-Iran jikseb arma nukleari. Biden qal dan fl-istess waqt li għaddejjin dis­kussjonijiet ma’ Tehran biex il-ftehim nukleari tal-2015 jerġa’ jingħata l-ħajja.

Iżrael huwa kontra li l-ftehim nukleari tal-2015 – li jimponi res­trizzjonijiet fuq il-programm nukleari tal-Iran u bħala tpattija jitneħħew is-sanzjonijiet minn fuq Tehran – jerġa’ jidħol fis-seħħ. Iżrael kien laqa’ b’mod pożittiv ħafna d-deċiżjoni tal-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump meta fl-2018 kien ħareġ lill-Istati Uniti mill-ftehim u reġa’ daħħal fis-seħħ sanzjonijiet b’saħħtihom fuq l-Iran. 

Iżda Biden huwa determinat li jerġa’ jagħti l-ħajja lil dan il-ftehim, u f’diskuss­joni li kellu mal-Prim Minis­tru Iżraelit huwa assigurah li s-sigurtà ta’ Iżrael se tkun imħarsa; dan hekk kif l-Iran huwa rival kbir ta’ Iżrael.

Stqarrija maħruġa mill-White House kienet tgħid li f’telefonata li saret bejn Biden u Lapid tal-ewwel “esprima l-impenn li huwa qatt mhu se jippermetti li l-Iran jikseb arma nukleari”. F’din it-telefonata ż-żewġ mexxejja ddiskutew “it-theddida tal-Iran”. Il-mexxejja esprimew ukoll id-determinazzjoni tagħ­hom li l-Iran iwaqqaf kull riċerka u ħidma li tista’ twassal biex dan il-pajjiż jiżviluppa arma nukleari.

Ekonomija

Sport