Thursday, March 27, 2025

L-Istati Uniti se timporta miljuni ta’ bajd mit-Turkija u l-Korea t’Isfel

Aqra wkoll

L-amministrazzjoni Trump qiegħda tippjana li timporta miljun ta’ bajd mit-Tukrija u l-Korea t’Isfel filwaqt li qiegħda f’negozjati ma’ pajjiżi oħrajn minħabba li l-bajd fl-Istati Uniti laħaq livelli rekord.

“Qegħdin nitkellmu fuq mijiet ta’ miljuni ta’ bajd li għandhom jiġu importati u dawn fi żmien qasir ħafna,” qal il-Ministru tal-Agrikoltura Brooke Rollins waqt li kien qiegħed jitkellem mal-ġurnalisti fil-White House.

L-Amministrazzjoni Trump qalet li se tkun qiegħda tinvesti $1bn biex tiġġieled l-influwenza tat-tjur li laqtet lill-Istati Uniti u konsegwenza ta’ dan raħħala kellhom joqtlu miljuni kbar ta’ tiġieġ.

Il-President Trump fil-kampanja elettorali tiegħu kien wiegħed li se jnaqqas il-prezz tal-bajd li fl-aħħar sena żdied b’65%, iżda analisti qegħdin ibassru li matul l-2025 se jerġa’ jiżdied b’41% oħra fuq il-prezz tas-sena l-oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport