Sunday, December 22, 2024

L-Istati Uniti tgħaddi ftehim ta’ għajnuna kruċjali b’valur ta’ $61 biljun lill-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-Kamra tad-Deputati fl-Istati Uniti approvat biljuni ta’ dollari f’għajnuna militari għall-Ukrajna hekk kif din għadha qed tissielet biex tirreżisti l-invażjoni tar-Russja.

Waqt li esprima gratitudni, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li d-demokrazija u l-libertà dejjem se jkollhom sinifikat globali u qatt ma jonqsu sakemm l-Amerika tgħin biex tipproteġiha.

Żied jgħid li għajnuna bħal din, se tkun qegħda żżomm il-gwerra milli tespandi u li se ssalva eluf ta’ ħajjiet.  Min-naħa tiegħu l-kelliem għal Kremlin, Dmitry Peskov irribatta billi qal li dak li b’dak li tħabbar, l-Amerika se ssir aktar sinjuri u li se tkompli tkisser lill-Ukrajna, tant li se jmutu iktar Ukreni minħabba f’hekk. 

Il-pakkett ta’ għajnuna li għadda nhar is-Sibt jinkludi wkoll:

  • $26.4 biljun f’appoġġ militari għall-Iżrael, b’$9.1bn minn dak allokat għall-għajnuna umanitarja għal Gaża
  • $8.1biljun f’fondi għall-alleati fl-Asja-Paċifiku, inkluż it-Tajwan, biex “jiġġieldu ċ-Ċina komunista”.
Ekonomija

Sport