Saturday, November 23, 2024

L-Istati Uniti tuża l-veto tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kontra riżoluzzjoni dwar ġellieda tal-ISIS

Aqra wkoll

L-Istati Uniti użat il veto fil-konfront ta’ riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li għandha l-għan li tressaq il-Qorti, tirrijabilita u tirrijintegra lil dawl involuti f’attivitajiet relatati ma’ terroriżmu. L-Istati Uniti qalet li r-riżoluzzjoni ma tkoprix parti kruċjali dwar ir-ripatrijazzjoni ta’ ġellieda tal-Istat Iżlamiku u l-familji tagħhom.

Kelly Craft, l-Ambaxxatriċi Amerikana għan-Nazzjonijiet Uniti qalet li r-riżoluzzjoni li suppost għandha ssaħħaħ l-azzjoni internazzjoni kontra t-terroriżmu, hija agħar milli ma ġiet introdotta l-ebda riżoluzzjoni.

Ir-riżoluzzjoni tressqet mill-Indoneżja, li mexxiet il-Kunsill tas-Sigurtà għax-xahar ta’ Awwissu.Il-vot aħħari ra lil 14-il membru tal-Kunsill jivvotaw favur ir-riżoluzzjoni, bl-Istati Uniti tagħmel użu mill-veto tagħha.

Sport