Il-President Amerikan Donald Trump u l-President Iranjan Masoud Pezeshkian iffirmaw l-ewwel ftehim ta’ paċi biex tintemm il-gwerra fl-Iran.
Midja internazzjonali rrapurtat li dan il-ftehim jidħol fis-seħħ immedjatament u li fost id-diversi miżuri, se jkun qiegħed jinkludi l-ftuħ tal-istrett ta’ Ħormuż.
Ingħad li minkejja li ġie ffirmat dan il-ftehim, il-mexxejja għadhom iridu jitħaddu fuq il-programm nukleari tal-Iran. Huwa mifhum li din trid tiġi negozjata fuq perjodu ta’ 60 jum.
Dan l-iffirmar ta’ ftehim seħħ waqt is-summit tal-G7 ġewwa Franza.

