Sunday, December 22, 2024

L-istrajks organizzati mill-RCN qed jaffettwaw kwart tal-isptarijiet tal-Ingilterra

Aqra wkoll

Huwa stmat li l-azzjonijiet industrijali tal-infermiera — li jafu l-bidu tagħhom f’Diċembru li għadda, propju ftit tal-jiem qabel il-Milied — qed jaffettwaw wieħed minn kull erba’ sptarijiet fl-Ingilterra.

Iktar kmieni llum kompla jiddomina l-kaos fost il-pazjenti Ingliżi hekk kif dalgħodu ngħata bidu għal jumejn ta’ strajks — li mistenni jġu fi tmiemhom għada — fejn eluf ta’ infermiera ħabirku fit-toroq tal-Ingilterra sabiex isemmgħu leħinhom f’dawn l-azzjonijiet industrijali organizzati mill-RCN.

Matul dawn il-jumejn ta’ strajks għal dan ix-xahar, l-isptarijiet se jkunu qed jipprovdu assistenza f’każijiet ta’ emerġenza bejn it-8:00 a.m. u t-8:00 p.m.

Min-naħa tagħha, l-RCN issostni li d-Dipartiment tal-Emerġenza mhux se jkun affettwat minn dawn l-istrajks. Intant, l-istess organizzazzjoni kompliet tispjega li s-servizzi tal-kimoterapija, id-dijaliżi tal-kliewi u l-kura intersiva għandhom jibqgħu għaddejjin b’mod normali.

Diment li jibqa’ ma jintlaħaqx qbil bejn l-infermiera u l-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak, l-infermiera huma kostretti li jwettqu sensiela oħra ta’ azzjonijiet industrijali fi Frar li ġej.

Ekonomija

Sport