Friday, April 19, 2024

Imut l-attur Malti Victor Grech fl-età ta’ 96 sena

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-attur lokali Victor Grech fl-età ta’ 96 sena. Huwa ħa sehem f’diversi sensieli u drammi Maltin u jibqa’ ċertament imfakkar għall-parti ta’ Sander fis-sensiela ferm popolari fis-snin disgħin, ‘Iporkiti’.

Ħa sehem ukoll fis-sensieli ta’ Dejjem Tiegħek , F’Baħar Wieħed u Kristu fl-Iżbarra. Grech deher l-ewwel darba fuq il-palk lura fl-1945 u minn dakinhar ‘l hawn kompla jżid fil-popolarità tiegħu.

Grech twieled fl-1926 f’Tas-Sliema, iżżewweġ lill-attriċi Mary Grech u kellhom żewġt itfal Josef u Christianne. Huma kellhom ukoll tliet neputijiet.

Sport