Tuesday, April 23, 2024

Fir-Renju Unit: Fi Frar li ġej l-infermiera mistennija jkomplu b’sensiela ta’ strajks

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mistennija jkomplu l-azzjonijiet industrijali min-naħa tal-infermiera fir-Renju Unit hekk kif fl-aħħar sigħat tħabbru żewġ dati oħra ta’ strajks għax-xahar id-dieħel. Dan wara li għadu ma ntlaħaqx ftehiem bejn il-Gvern u l-infermiera rigward titjib fil-pagi.

Il-Kulleġġ Rjali tal-Infermiera (RCN) ħabbru li l-infermiera se ikunu qegħdin jistrajkjaw matul is-6 u s-7 ta’ Frar li ġej. L-RCN sostniet illi mistenni jkun hemm żieda sostanzjali fl-ammont ta’ infermiera li se jieħdu f’dawn l-istrajks sabiex il-messaġġ tagħhom ikun iktar b’saħħtu.

Sadanittant, apparti l-istrajks li hemm skedati għal Frar li ġej, hemm pjanijiet fis-seħħ sabiex matul il-jumejn li ġejjin għadd ta’ infermiera se jkunu qed isemmgħu leħinhom fit-toroq tal-Ingilterra.

Rigward l-aħħar avviż dwar l-azzjonijiet industrijali ta’ Frar, il-Kap Eżekuttiv tal-RCN, Pat Cullen, spjegat kif dawn l-istrajks qed ikunu ta’ inkonvenjent fuq il-pazjenti minħabba li minn mindu bdew l-istrajks f’Diċembru li għadda ġew ikkanċellati eluf ta’ appuntamenti u operazzjonijiet.

Għaldaqstant, Cullen tappella sabiex il-Prim Ministru Ingliż, Rishi Sunak, jagħti widen għat-talbiet tal-infermiera u jipprova jilħaq ftehim.

Sport