Monday, February 6, 2023

Twissija ta’ Riħ Qawwi: Attent jekk se tivjaġġa bil-baħar

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-paġna lokali Temp Madwarna ftit tal-ħin ilu ħarġet twissija li mil-lum sa nhar il-Ħadd li ġej, hu mistenni li jaħkem riħ qawwi fuq il-gżejjer Maltin. Qegħdin ibassru li r-riħ se jkun jonfoħ mill-Punent il-Lbiċ u se jkun qawwi sa Forza 6/7 b’buffuri qawwija sa Forza 8/9.

Qalu wkoll li “jibda jitqawwa mil-lum stess u jibqa’ sejjer sa tmiem il-ġimgħa. Jiksaħ f’daqqa mill-Ħamis li ġej u jinħass aktar kiesaħ minħabba r-riħ li se jkun qed jaħkem il-gżejjer Maltin.”

Fil-messaġġ tagħhom huma għamluha ċara, li jaf ikun hemm il-possibilità li jiġu affettwati l-mezzi tat-trasport bil-baħar. Dan ifisser li jistgħu jiġu sospiżi vjaġġi bil-katamaran u dan jista’ jikkawża dewmien fis-servizz minħabba r-riħ.

Servizz ieħor li mistenni jiġi affetwat hu dak tal-fast ferry li jaqsam bejn Għawdex u Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Delicious

Sport