Dawk l-istudenti ta’ kura tas-saħħa li jiġu f’kuntatt ma’ pazjenti waqt li jkunu fi clinical placements se jkunu qed jingħataw prijorità biex jiġu mlaqqma kontra l-Covid-19. Qalet dan l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Studenti tas-Saħħa (MHSA) f’kumment li għamlet fuq il-midja soċjali.
L-Assoċjazzjoni qalet li l-istudenti kollha tal-Fakultà tax-Xjenza tas-Saħħa se jkunu qed jirċievu t-tilqima kontra l-Covid-19 flimkien mal-frontliners
Fil-kumment tagħha MHSA esprimiet is-sodifazzjon tagħha li rnexxielha tiggarantixxi l-vċċinazzjoni prijoritarja tal-istudenti.
L-Assoċjazzjoni se tkun qed tagħmel kuntatt mal-istudenti b’aktar informazzjoni u struzzjonijiet dwar il-vaċċin.