Friday, November 22, 2024

L-Isvizzera jegħlbu lis-Serbja u jiksbu post mal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Svizzera………….3

Serbja……………..2

F’partita mill-isbaħ li pproduċiet xejn inqas minn ħames goals, l-Isvizzera għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 3-2, biex kisbu l-passaġġ għar-round tal-aħħar 16 u s-Serbja sfaw eliminati. Permezz ta’ din ir-rebħa, l-ISvizzeri temmew fit-tieni post ta’ Grupp G b’sitt punti, punti ndaqs daqs il-leaders, il-Brażil, jiġifieri sitt punti, li madankollu kellhom differenza ta’ goals aħjar.

L-Isvizzeri fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Djibril Sow għadda tajjeb lejn Xherdan Shaqiri li b’xamma kbira ghall-goal spara gewwa.

Iżda huma bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li s-Serbi ma ġabux l-iskor indaqs tliet minuti biss wara meta Dusan Tadic serva lil Aleksandar Mitrovic li permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża minn pożizzjoni ideli tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Il-partita kompliet tisbieħ u fil-35 minuta l-ISvizzera qalbu l-iskor favurihom meta Dusan Tadic serva bi bravura lil Dusan Vlahovic li approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Remo Freuler qabel mill-viċin tefa’ ġewwa.

L-Isvizzeri ġabu l-iskor indaqs fl-44 minuta meta Djibril Sow għadda tajjeb lejn Silvah Widmer li min-naħa tiegħu serva lil Breel Embolo li minn qagħda ideali tefa’ l-ballun fix-xibka.

Huma ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fit-48 minuta reġgħu marru fil-vantaġġ meta Breel Embolo serva lil Xherdan Shaqiri f’tarf il-kaxxa li min-naħn tiegħu għadda tajjeb lejn Remo Freuler li mill-viċin għeleb lill-goalkeeper Serb, Milinkovic-Savic, biex patta għall-iżball li wettaq ftit qabel.

L-Isvizzeri komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita biex kisbu rebħa meritata, bis-Serbi jagħmlu minn kollox biex iġibu l-iskor indaqs lejn l-aħħar mumenti tal-partita, li rriżultaw xi ftit nervużi.

Serbja: Vanja Milinkovic-Savic, Nikola Milenkovic, Milos Veljkovic (Nemanja Gudelj 55), Strahinja Pavlovic, Andrija Zivkovic (Nemanja Radonjic 78), Sasa Lukic, Sergej Milenkovic-Davic, Filip Kostic, Dusan Tadic (Filip Djuricic 78), Dusan Vlahovic (Luka Jovic 55), Aleksandar Mitrovic Coach: Dragan Stojkovic

Svizzera: Gregor Kobel, Silvah Widmer, Fabian Schar, Manuel Akanji, Ricardo Rodriguez, Remo Freuler, Granit Xhaka, Xherdan Sahqiri (Denis Zakaria 69), Djibril Sow (Edimilson Fernandez 68), Ruben Vargas (Christian Fassnacht 83), Breel Embolo (Noah Okafor 96) Coach: Murat Yakin

Referee: Fernando Rapallini (Arġentina)

Ammoniti: S. Widmer, R. Vargas, G. Xhaka (Ż), S. Milinkovic-Savic, S. Pavlovic, P. Rajkovic , A. Mitrovic, N. Milenkovic(S)

Sport