Tuesday, April 30, 2024

Il-Brażil isofru l-ewwel telfa ta’ din l-edizzjoni

Aqra wkoll

Kamerun…… 1

Brażil……….. 0

Minkejja li l-Brażil sfaw megħluba mill-Kamerun 1-0 huma xorta waħda rebħu l-grupp permezz tad-differenza ta’ goals aħjar mill-Isvizzera.

Il-Brażil għamlu bosta tibdil mill-aħħar partita biex jiġu mserrħa l-players għar-round li jmiss hekk kif huma kienu diġá kkwalifikati qabel din il-partita.

L-aħjar ċans fl-ewwel taqsima wasal lejn it-tmiem tagħ­ha meta l-goalkeeper Ederson wettaq save kbir fuq daqqa ta’ ras ta’ Bryan Mbeumo. 

Meta l-partita kienet tidher li kienet se tispiċċa fi draw, prorpju fit-92 minuta, il-Kamerun skorjaw minn daqqa ta’ ras ta’ Vincent Aboubakar li mbagħad tkeċċa għax neħħa l-flokk wara li diġá kien intwera karta safra.

Kamerun: Devis Epassy, Nouhou Tolo, Enzo Ebosse, Christopher Wooh, Collins Fai, Pierre Kunde (Olivier Ntcham 68), Andre Zambo Anguissa, Ngoumo Ngamaleu (Jerome Ngom Mbe­keli 86), Eric Chou­po-Mo­ting, Bryan Mbeumo (Karl Toko Ekambi 64), Vincent Aboubakar – Coach: Ri­gobert Song

Brażil: Ederson, Alex Telles (Marquinhos 55), Eder Militao, Bremer, Dani Alves, Rodrygo (Everton Ribeiro 55), Fred (Bruno Guimaraes 55), Fabinho, Antony (Raphinha 79), Gabriel Martinelli, Gab­riel Jesus (Pedro 64) – Coach: Tite              

Referee: Ismail Elfath (Stati Uniti)

Assistenti: Kyle Atkins, Corey Parker (Stati Uniti)

Ammoniti: N. Tolo, P. Kunde, C. Fai, V. Aboubakar (K); E. Militao, B. Guimaraes (B)

Sport