L-Italja ġew inkurunat Champions tal-Ewropa wara li għeleb lill-Portugall bl-iskor ta’ 3-0 fil-finali tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA ta’ taħt is-17-il sena nhar l-Erbgħa filgħaxija, li sar f’Ċipru.
Goals fl-ewwel taqsima mill-midfielder offensiv ta’ Roma, Federico Coletta u s-sensazzjoni ta’ Milan, Francesco Camarda taw vantaġġ ta’ 2-0 lill-Azzurini sas-16-il minuta. Camarda żied it-tieni tiegħu tal-lejla fil-50 minuta.