L-Italja ħabbret li se tkun qiegħda tagħlaq in-nightclubs u s-swali taż-żfin minn għada.
L-ilbies tal-maskra se jibqa’ obbligatorju bejn is-6:00 p.m u 6:00 a.m f’postijiet pubbliċi fejn mhuwiex possibbli li tinżamm id-distanza soċjali. Din il-miżura se tkun qiegħda tibqa’ fis-seħħ sas-7 ta’ Settembru.
Din il-miżura maħruġa mill-Ministru tas-Saħħa Roberto Speranza hija riżultat taż-żieda fil-każi fil-pajjiż, b’600 każ rrapurtat fl-aħħar sigħat.