Friday, November 15, 2024

L-Italja u l-Libja bi ftehim għal żieda fil-provvista tal-Enerġija lejn l-Ewropa

Aqra wkoll

Kumpanija tal-Enerġija Taljana u l-Korporazzjoni taż-żejt Libjana ffirmaw ftehim ta’ $8 biljun sabiex isaħħaħ il-provvista tal-enerġija lejn il-kontinent Ewropew.

Il-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni iltaqgħet mal-Prim Ministru Libjan waqt żjara fil-Libja fejn ġie diskuss il-kriżi tal-enerġija u kwistjonijiet pertinenti oħra bħall-migrazzjoni fil-Mediterran.

Din il-kumpanija Taljana, Eni, tenniet li din il-provvista ser tibda fl-2026 u ser tkun qed tilħaq ‘il fuq minn 21 miljun metru kubu kuljum.

Bħalissa bosta pajjiżi Ewropej qed jitfgħu ħarsthom fuq sorsi alternattivi għar-Russja minn fejn iġibu l-gass, fl-isfond tal-gwerra fl-Ukrajna.

Ekonomija

Sport