Il-kelliem għall-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Mario De Marco sellem il-memorja ta’ Kacey Sciberras waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo kkonferma li l-ITS qiegħda toffri l-għajnuna kollha psikoloġika u anke counselling li hemm bżonn kemm lill-familja ta’ Kacey u kif ukoll lil studenti oħra li jista’ jkun li dan il-każ se jaffettwahom b’xi mod jew ieħor.
Bartolo qal li aktar kmieni llum mar fl-ITS fejn l-istudenti ngħaqdu flimkien u għamlu vġili żgħira għal Kacey. It-tfajla l-oħra li kienet involuta fl-inċident hi wkoll studenta tal-ITS – Justine – li hija l-President tal-Kunsill Skolastiku tal-istudenti tal-ITS. Kienet preżenti wkoll għal dan il-vġili li wera kemm l-istudenti verament huma magħqudin bejniethom.
“Id-dwejjaq tagħhom, għaliex intilfet il-ħajja ta’ Kacey kien evidenti”, tenna Bartolo.