Friday, April 26, 2024

L-ITS bl-akbar dħul ta’ studenti ġodda

Aqra wkoll

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) irreġistrat l-ogħla numru ta’ studenti ġodda, wara li kienet reġistrata żieda ta’ 22.2% fl-applikazzjonijiet għal korsijiet meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Qalet dan il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-sena skolastika ġdida.

Farrugia Portelli spjegat kif wara żieda ta’ aktar minn 93% f’applikazzjonijiet ġodda fl-2019 meta mqabbel mas-sena preċedenti, din is-sena l-ITS irreġistra żieda ta’ 22.2% meta mqabbel mal-applikazzjonijiet tas-sena li għaddiet. Qalet li dan ifisser din is-sena l-ITS se jkollu 136% aktar studenti mill-2018.

L-Istitut irreġistra wkoll żieda ta’ 9.6% fin-numru ta’ studenti li qed isegwu kors fultajm meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Mill-istudenti li qed isegwu kors fultajm, 25% tal-istudenti huma barranin li ġejjin minn 67 pajjiż differenti.

Sport