Saturday, December 21, 2024

L-IVF… AKTAR SERĦAN IL-MOĦĦ GĦALL-KOPPJI

Aqra wkoll

Minn kemm ilu li ġie regolat is-settur tal-Prokreazzjoni Assistita, magħruf
bħala IVF, mill-2013 sal-lum ġew imwielda aktar minn 600 tarbija filwaqt li filpreżent hemm 50 omm oħra li qed jistennew li jwelldu 55 tarbija, fosthom tewmin.

Bla dubju ta’ xejn, bir-regolamentazzjoni mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun, dawn it-twelidijiet ifissru ħafna għal tant u tant koppji li forsi ma kellhomx tama li xi darba huma wkoll jistgħu jsiru ġenituri.

Dan l-istess proċess tal-IVF jirrifletti wkoll l-avvanzi kbar l għamlet ix-xjenza medika li b’xorti tajba għal pajjiżna qed induqu l-frott tagħha. Konxji li l-ġenituri prospettivi li jkunu għaddejjin mill-proċess tal-IVF, ikunu qed jagħmlu
dan b’ħafna sagrifiċċji.

Irridu iżda niftakru l-fatt li l-Gvern Laburista sa mill-2015 beda joffri sservizz b’xejn mill-Isptar Mater Dei, bis-servizzi li matul is-snin komplew javvanzaw u jiżdiedu, bl-emendi fil-liġi li daħlu fis-seħħ fl-2018 u fl-2022.

Ninnutaw li sal-aħħar ta’ Marzu li għadda, l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun approvat ’il fuq minn miljun u għoxrin elf ewro li ngħataw lill-ġenituri prospettivi bħala rifużjoni tal-flus li nefqu fil-mediċini.

Ma ninsewx lanqas li ġiet estiża l-iskema ta’ rifużjoni fuq ilmediċini tal-IVF kif ukoll lill-ġenitur prospettiv li għamel IUI, IVF jew Embryo transfer fi kliniċi privati sa mill-1 ta’ Jannar 2023.

Quddiem dan kollu ma nistgħux ma nsemmux dak li ħabbar il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, li l-Gvern se jkun qiegħed jinvesti mas-€6 miljun għall-proċeduri tal-IVF. Dan kollu jfissser, li fi żmien sitt xhur, se jiġu offruti servizzi lil madwar 650 ġenitur prospettiv bl-ispiża tal-IVF kollha titħallas mill-Gvern.

Dawn jinkludu mat-300 ġenitur prospettiv li se jkunu qed jagħmlu l-IVF; madwar 200 ġenitur prospettiv li llum għandhom lembrijuni krijopreservati f’Mater Dei u qe jistennew “embryo transfer”, madwar 100 ġenitur prospettiv li qed jistennew IVF bl-użu ta’ “donor oocytes” jew “donor sperm”; u madwar 50 ġenitur prospettiv li se jingħataw isservizz tal-IUI kif ukoll is-servizz ta’ PGTM fejnmeħtieġ.

B’dawn il-miżuri kollha flimkien ma’ oħrajn li diġà ġew introdotti, nemmnu li l-koppji li jagħżlu l-proċess tal-IVF issa għandhom aktar serħan il-moħħ kemm mill-aspett mediku kif ukoll mil-lat finanzjarju.

Ma ninsewx lanqas li sa ftit snin ilu, it-twelid ta’ trabi permezz tal-prokreazzjoni assistita kien tabù u kienet kważi dagħwa li ssemmiha.Kien ukoll proċess li biex tagħmlu kien ikollok tmur barra minn xtutna bi spejjeż finanzjarji kbar.

Illum, il-poplu huwa ferm aktar matur u lest jifhem u jaċċetta r-riformi kbar li twettqu f’dawn l-aħħar snin fil-qasam mediku, li ħadd ma jista’ jiċħad, li kienu ta’ benefiċċju għas-soċjetà inġenerali. It-trattament bl-IVF f’Malta kien wieħed minn dawn.

Ekonomija

Sport