Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) fetaħ it-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet tal-istudenti għal korsijiet li jibdew f’Ottubru.
L-istudenti prospettivi li se jirreġistraw u jsegwu korsijiet fil-Kulleġġ f’Ottubru tal-2023 għandhom japplikaw online permezz tal-websajt tal-MCAST bejn l-4 u l-10 ta’ Settembru 2023, iż-żewġ ġranet inklużi.
Fi stqarrija mibgħuta mill-MCAST, intqal li fl-ewwel sejħa irċivew numru sostanzjali ta’ applikazzjonijiet mingħand studenti li għandhom ħsieb li jibdew kors ma’ dan il-kulleġġ mix-xahar id-dieħel.
Din is-sena, l-MCAST ħabbar li se joffri diversi korsijiet ġodda li se jkunu offruti minn Ottubru, li jirriflettu l-ħtiġijiet tal-ħiliet tal-industrija, fosthom; Diploma fis-Snin Bikrin, Higher Diploma fit-Trasport u Logistics Management, Diploma Bachelor in Conservation (Unuri), Diploma fis-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Baċellerat fix-Xjenza (Unuri) fil-Logħob Diġitali u fl-Żvilupp u Baċellerat fix-Xjenza fic-Cybersecurity.
Għal aktar informazzjoni, l-istudenti huma mħeġġa jikkuntattjaw lill-uffiċċju permezz tal-imejl; [email protected].
Is-sena akkademika 2023/24 għall-istudenti se tibda fit-2 ta’ Ottubru 2023, u l-istudenti huma avżati sabiex japplikaw biex jiżguraw li jkunu fil-ħin biex jidħlu fil-kors tal-għażla tagħhom.