Friday, May 3, 2024

Ċiniża tallega li raġel għamel avvanzi sesswali f’massage parlour f’Birkirkara

Aqra wkoll

Dak li għall-ewwel kien ikun maħsub li kien attentat ta’ hold up f’massage parlour f’Birkirkara hemm indikazzjonijiet ġodda li x’aktar huwa każ ta’ raġel li pprova jagħmel avvanzi sesswali fuq impjegata Ċiniża li kienet qed taħdem fl-istess post.

Il-pulizija ġew informati b’dan il-każ għall-ħabta ta’ 5.45pm fejn intalbu jassistu fi Triq Mannarino Birkirkara.

Il-pulizija qiegħda tkellem raġel b’rabta ma’ dan il-każ, iżda s’issa mhux magħruf jekk dan ir-raġel hux involut fl-istess każ.

Iċ-Ċiniża ttieħded lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza li ssejħet fuq il-post li ġiet eskortata minn uffiċjali tal-pulizija.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport