Wednesday, April 24, 2024

L-MCCFF tiċħad li tgħaddi dettalji dwar pazjenti bil-kanċer

Aqra wkoll

Il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) ċaħdet kategorikament illi informazzjoni dwar pazjenti morda bil-kanċer tgħaddi lil terzi persuni jew kumpaniji. Il-Community Chesty Fund għamlet din iċ-ċaħda qawwija wara rapport publikat fit-Times of Malta li fih jingħad li l-Binance Foundation qed tistenna mingħand l-MCCFF informazzjoni dwar pazjenti morda bil-kanċer.

Ftit tal-ġimgħat ilu il-Malta Community Chest Fund Foundation kienet talbet lil kumpanija Blockchain Charity Foundation li tagħha hi l-Binance Foundation biex iżżomm kelmitha u tgħaddi 7 miljuni li kienet wegħdet b’risq pazjenti bil-kanċer waqt maratona ġbir ta’ fondi.

Fir-raport li ppublikat ilbieraħtlula dwar din il-wegħda, it-Times of Malta qalet li l-Binance foundation qed tistenna mill-MCCFF dettalji ta’ pazjenti bil-kanċer.

Għaldaqstant il-MCCFF mhux biss ċaħdet dak li ppublikat it-Times of Malta imma wkoll iddikjarat li qatt ma tat u mhux se tagħti dettalji u nformazzjoni dwar pazjenti bil-kanċer.

Sport