Wednesday, March 27, 2024

Tliet snin ħabs talli seraq karozza

Aqra wkoll

Raġel ta’ 43 sena kien ikkundannat tliet snin ħabs wara li ammetta li fl-istess jum prova jisraq vettura minn Ħal Qormi u wara li ma rnexxilux seraq oħra minn Tal-Pietà.

Saviour Agius ammetta wkoll li għamel ħsara fil-proprjetà ta’ ħaddieħor, li laqgħa għandu ħwejjeġ misruqa, li sar reċediv u li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea kkunsidrat l-ammissjoni bikrija tal-imputat, il-fedina penali tiegħu li minnha jirriżulta li huwa reċediv u li hija miżgħuda b’kundanna għal reati simili kif ukoll il-fatt li kkopera mal-Pulizija u li għandu l-problema tad-droga.

Għal dawn ir-raġunijiet il-Qorti sabitu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u kkundannatu 36 xahar priġunerija. 

Barra minn hekk il-Qorti rrevokat l-ħelsien mill-arrest ta’ Agius u ordnat l-arrest mill-ġdid tiegħu filwaqt li kkonfiskat is-somma ta’ €2,500 favur il-gvern ta’ Malta.

Finalment fid-dawl tal-problema tad-droga li għandu l-Qorti poġġietu taħt ordni ta’ trattament għal żmien tliet snin.

Ekonomija

Sport