Wednesday, April 24, 2024

Tindarab gravi wara ħabta bejn erba’ karozzi f’San Pawl il-Baħar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Korp tal-Pijunier f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn erba’ vetturi; Mercedes li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar, Renault Zoe li fiha kien hemm żewġ nisa Spanjoli ta’ 64 sena, kif ukoll Volkswagen u Ford li kienu pparkjati. 

Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lill-passiġġiera tar-Renault l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport