Il-Malta Football Association ma aċċettatx ir-reġistrazzjoni tal-president ta’ Hamrun Spartans, Joseph Portelli, bħala player.
Fil-jiem li għaddew, huwa rriżenja mill-kariga ta’ president minħabba li r-regoli tal-MFA jistipulaw li president ta’ club ma jkunx eliġibbli biex jilgħab fil-kampjonati tagħha.
Proprju l-bieraħ issejħet laqgħa wara li nhar it-Tnejn, il-club ta’ Ħamruniż issottometta l-applikazzjoni biex Portelli jkun reġistrat bħala player tal-istess club.
Wieħed irid jgħid ukoll li din il-kwistjoni kienet riferuta lill-bord kompetenti abbażi tar-Reputational Risk Management Policy, dokument pubbliku u approvat mill-Bord Eżekuttiv.