Wednesday, April 24, 2024

Madwar 858 post vakant għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn għada se jinfetħu l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex għal bidu tas-sena skolastika li se tibda f’Settembru li ġej.

B’kollox hemm 933 post vakanti, 858 f’Malta u 75 f’Għawdex. Fuq is-sit www.knisja.mt f’Novembru ġew ppublikati regolamentIr‑regolamenti li jagħtu l-informazzjoni li wieħed jeħtieġ. Fiha hemm imħabbar ukoll il‑postijiet offruti, l‑kriterji, il‑lista tad‑dokumenti meħtieġa u il‑ġranet meta jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet u dettalji oħra.

Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja, fir‑raba’ sena primarja għall‑bniet u fl‑ewwel sena sekondarja.

L‑applikazzjonijiet jitfħu għada u għandhom sal-14 ta’ Frar. L-applikazzjonijiet imbagħad jerġgħu jinfetħu bejn it-22 u t-28 ta’ Frar.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu ċempel fuq 79990224, 79515491 jew 77865241 jew jibgħat email fuq [email protected].

Sport