Wednesday, April 24, 2024

Żagħżugħ ta’ 18-il sena b’kundizzjoni rari f’għajnejh ġie aċċettat biex jieħu sehem fi clinical trial fiċ-Ċina

Tnedija tal-Kampanja Annwali għal Kuxjenza dwar il-Mard Rari għall-2023

Aqra wkoll

Żagħżugħ Malti ta’ 18-il sena b’kundizzjoni rari f’għajnejh ġie aċċettat biex jieħu sehem fi clinical trial ma’ 9 pazjenti oħra fi sptar fil-Provinċja ta’ Hubei fic-Ċina.

Dan seta jsir riżultat ta’ ftehim li l-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport tal-Mard Rari ffirmat mal-awtoritajiet Ċiniżi bl-għajnuna tal-Ambaxxata Ċiniza f’Malta.

Dan tħabbar mis-Sinjura Michelle Muscat, President u Fundatrici tal-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport tal-Mard Rari, fit-tnedija tal-Kampanja Annwali għal Kuxjenza dwar il-Mard Rari għal din is-sena, fil-bini tal-Parlament.

Muscat qalet li filwaqt li ħadd m’għandu jimtela b’tama żejda, dan il-pass qed joffri xaqq ta’ tama fejn ma kienx hemm tama. Dan il-clinical trial jinkludi l-għoti ta’ mediċina li l-prezz tas-suq tagħha huwa ta’ madwar $850,000. Il-mediċina se tingħata b’xejn mill-awtoritajiet Ċiniżi lill-pazjent Malti permezz tal-ftehim li ffirmat l-Alleanza Nazzjonali għas-Sapport tal-Mard Rari.

Permezz ta’ dan l-istess ftehim se tkun qed tigi pprovduta terapija lil pazjenti membri tal-Allenaza fiċ-Ċentru Mediterranju għall-Mediċina Tradizzjonali Ċiniza f’Kordin, bi grupp ta’ 24 persuna jibdew minn dan ix-xahar. 

Muscat qalet li l-kampanja għal Kuxjenza dwar il-Mard Rari ta’ din is-sena se tiffoka l-aktar fuq l-iskejjel biex titwassal informazzjoni dwar dawn il-kundizzjonijiet u jintwera s-siwi ta’ karrieri fil-mediċina, xjenza u riċerka.

Il-konferenza giet indirizzatha mill-iSpeaker tal-Kamra Dr. Angelo Farrugia fost ohrajn.

Sport