Saturday, June 21, 2025

L-MFPA u Gżira United Veterans fil-finali tal-VMFA Trophy

Aqra wkoll

Se jkunu l-holders MFPA u ċ-champions tal-VMFA Cisk Premier League Gżira United li se jikkontestaw il-finali tal-VMFA Trophy wara li rebħu s-semifinali rispettiva tagħhom.

MFPA kisbu l-iktar rebħa tal-ġurnata meta għelbu lil Birkirkara St Helen’s 10-2.

Mark Barbara kien f’forma mill-aqwa meta skorja erba’ gowls filwaqt li Michael Galea kien awtur ta’ doppjetta. Alexander Ribic, Gareth Sciberras, George Frendo u Luke Cauchi komplew iżidu l-iskor għal Malta Football Players Association.

Mario Caruana u Ayrton Buhagiar skorjaw iż-żewġ gowls ta’ Birkirkara.

Mill-banda l-oħra, Gżira United rebħu logħba missielta kontra Floriana wara skor ta’ 5-3.

Il-Maroons bdew tajjeb u stabilixxew vantaġġ tajjeb għalkemm il-Greens dejjem baqgħu fil-logħba. L-iskorer prolifiku Ian Zammit spikka meta skorja tliet gowls filwaqt li Kurt Magro u Jonathan Pearson ukoll sabu x-xibka.

Floriana naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ doppjetta ta’ Manolito Micallef u gowl ieħor ta’ Christian Cassar.

Il-finali bejn MFPA u Gżira United se tintlagħab għada fit-8pm fil-grawnd tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport