Monday, December 23, 2024

L-MUMN b’aktar direttivi f’San Vinċenz de Paul u d-djar tal-anzjani l-oħra

Aqra wkoll

L-MUMN ħarġet stqarrija fejn ikkundannat il-konlużjonijiet li saru fl-inkjesta li tmexxiet mill-Imħallef Emeritus Geoffrey Valencia fir-rigward tal-għajbien tas-Sur Carmelo Fino minn San Vinċenz de Paul. 

Dan wara li fir-rapport tal-inkjesta nstab li x-xift ta’ billejl ma wettaqx dmiru b’diliġenza meta ma mmoniterjax/issorveljawx lil dawk kollha li kienu fis-swali tagħhom billi jaċċertaw li huma kienu sikuri fil-ward tagħhom. Dan filwaqt li naqsu milli jirrappurtaw kif xieraq l-għajbien tas-Sur Fino. 

Għalhekk l-MUMN ħabbret numru ta’ direttivi għall-membri tagħha li jaħdmu fid-djar tal-anzjani fosthom hu li m’għandhomx jaċċettaw aktar pazjenti sakemm fis-swali kollha f’SVP ma jkunx hemm żewġ infermiera matul ix-xiift ta’ billejl. Fis-swali l-kbar li huma miftuħa m’għandux ikun hemm aktar minn 30 pazjent u li kull sala għandu jkollhom minn tal-anqas tliet inferemiera mal-ġurnata u tnejn matul il-lejl. 

L-MUMN qalet li jekk jittieħdu passi kriminal kontra l-infermiera involuta, l-MUMN ser toħroġ b’aktar azzjonijiet industrijali li skontha huma iżjed xierqa. Dawn id-direttivi għandu jkollhom effett immedjat. 

Ekonomija

Sport