Thursday, April 18, 2024

Imut John Hughes … leġġedarju ta’ Lisbon Lions

Aqra wkoll

Il-football Skoċċiż jinsab f’luttu wara li nhar it-Tlieta filgħodu tħabbret il-mewt ta’ John Hughes fl-etá ta’ 79 sena.

Huwa meqjus bħala leġġendarju hekk kif kien jifforma parti mit-team ta’ Lisbon Lions biex Celtic saru l-ewwel team Britanniku li rebħu t-Tazza Ewropea, fl-1967, kontra Inter bl-iskor ta’ 2-1.

F’din il-finali huwa kien se jilgħab iżda ma kienx il-każ minħabba li sofra injury waqt it-taħriġ. Iżda minkejja li ma lagħabx f’din il-finali xorta waħda kellu sehem kbir biex Celtic waslu sa dan l-istadju.

Ma’ Celtic, Hughes lagħab 416-il logħba li fihom skorja 189 goals bejn l-1959 u l-1971.

B’kollox huwa rebaħ seba’ kampjonati, erba’ darbiet it-Tazza Skoċċiża u ħames darbiet il-League Cup Skoċċiża.

Huwa kellu l-laqam ta’ ‘Yogi Bear’ għall-karattru tal-cartoons ‘Flinstones’ minħabba l-istatura tiegħu.

Il-club ta’ Celtic esprima d-dieqa tiegħu għal din it-telfa fejn bagħat ukoll il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.

Ekonomija

Sport