Waqt spezzjonijiet għall-għarrieda ta’ kuljum mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) instabu numru ta’ irregolaritajiet. L-OHSA kompliet b’dawn l-ispezzjonijiet biex tassigura li postijiet li fihom ikun qiegħed isir xogħol ma jkunx fihom lok ta’ periklu.

Fost dawn l-irregolaritajiet innutati minnha, l-awtorità sabet gallariji mingħajr ilqugħ, sellum imġannat, u pjattaformi perikolużi. Mil-livell tat-triq nstab li kien hemm sotteran mikxuf filwaqt li fost periklu ieħor instab li kien hemm ħadid ippuntat, pontijiet mhux siguri, xafts miftuħa, turġien bla lqugħ jew magħmulin bl-addoċċ.

L-Ispettur tal-OHSA Clint Cachia qal li l-ironija hi li f’xogħlijiet fejn ħafna drabi ma jkunx qiegħed isir xogħol jitħallew railings filwaqt li fis-sulari ta’ fuq jonqos ir-railing”.
F’każ partikolari kien hemm ħaddiem li daħħal il-live u l-earth dirett fid-dawl u saħansitra ġannat l-extension tad-dawl.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet inħarġu ordnijiet biex jitwaqqaf ix-xogħol minbarra li ttieħdu passi skont il-liġi.